Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet ta’ etá żgħira. Kont nitla’ l-grawnd ma’ missieri biex nara lil Roderick Briffa jilgħab, li jiġi z-ziju tiegħi, u minn hemm bdiet ix-xewqa li nibda nipprattika l-futbol jien ukoll!
Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ma’ Pietá Hotspurs FC.
Bħala esperjenzi fil-passat minn dejjem kont ma’ Pietá Hotspurs FC. Li titla’ mill- akakdemja u tibqa tiela’ mat-tim tal-kbar tal-istess klabb dejjem tkun xi ħaġa sabiħa. Kelli esperjenza ta’ sena fil-Kampjonat Premier fejn kont tgħallimt ħafna u hemmhekk tara d-differenza fil-livell bejn iċ-Challenge League u l-Kampjonat Premier. Is-sena l-oħra kont plejer regolari ma’ Pietá fejn kellna staġun pożittiv ħafna u issa ngħaqadt ma’ Tarxien Rainbows FC.
X’taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess wara l-kisba tal-promozzjoni minn Tarxien Rainbows FC mill-BOV Challenge League għall-Malta Premier?
Is-sigriet tas-suċċess minn Tarxien Rainbows FC kien għall-fatt li ma konniex biss tim, imma sirna familja, fejn kellna dressing room magħquda ħafna u ħloqna atmosfera sabiħa. Mentalitá biex meta ninżlu għat-taħriġ, nagħtu dak kollu li nistgħu ħalli għal-logħba nkunu preparati u dan kollu wassal għar-riżultat biex finalment ksibna l-promozzjoni għall-Malta Premier.
Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek mat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il 21 sena, immexxi mill-eks kowċ, Gilbert Agius?
L-esperjenza tiegħi man-nazzjonal kienet waħda sabiħa u fejn tara l-veru livell tal-futbol. Mal-U21 għamilt sentejn fejn ta’ 19-il sena ddebuttajt taħt il-gwida tal-kowċ Gilbert Aguis fejn kellna esperjenzi sbieħ, Kellna riżultati tajbin kif ukoll mhux daqshekk sbieħ, imma dejjem ħarisna ‘l quddiem u ppruvajna nkunu dejjem aħjar.
Tqis li ‘l quddiem tilgħab mat-tim nazzjonali tal-kbar?
Kull plejer tal-futbol naħseb jien li tkun ix-xewqa tiegħu li xi darba jirnexxielu jasal sa dak il-livell. Nemmen li bis-sagrifiċċji u li taħdem kuljum kif suppost, xi darba jew oħra jasal iċ-ċans ukoll.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?
Il-livell tal futbol Malti nemmen li mexa ftit ‘il quddiem imma baqagħlu ħafna biex jasal. Jekk tara sew il-BOV Challenge League kif jinsab bħalissa ma tistax tgħid lii hemm xi tim ħażin. Kulhadd għandu l-plejers Maltin ta’ ċertu livell u l-barranin ukoll tajbin.
X’tikkummenta fuq ir-riżorsi (grawnds) fejn tilagħbu l-logħob tagħkom?
Bħala riżorsi nemmen li bqajna ftit lura. Dejjem nistgħu nkunu aħjar bħala materjal ta’ pitches.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Il-futbol fih ħafna sagrifiċċji u trid tkun lest li tagħmilhom. Jien bħala plejer tal- futbol dejjem nara x’se nitgħallem kull ġurnata. Qatt taħseb li taf kollox għax dik tkun il-ġurnata li tieqaf titgħallem! Qatt tahseb li lħaqt x’imkien għax fil-futbol bħalfil-ħajja, daqqa qiegħed fuq u daqqa qiegħed isfel, jiġifieri ibqgħu aħdmu kemm meta qed tirbħu kif ukoll meta tkunu qed titilfu!