Wednesday, May 28, 2025

Is-sigriet tas-suċċess ta’ Birzebbugia SP FC kien li mill-ewwel ġurnata sal-aħħar ġurnata konna magħqudin u dedikati – Julian Azzopardi

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Bdejt nilgħab il-futbol fit-triq quddiem id-dar. Konna noħorgu fit-triq dejjem nilagħbu l-ballun ta’ etá żgħira. Meta kelli 12-il sena, bdejt l-ewwel esperjenza tiegħi mal-klabb ta’ Zurrieq FC.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Birzebbugia SP FC.

Birzebbugia SP FC huwa klabb serju u b’ambizzjoni. Huwa mdawwar b’nies dedikati u li jagħmlu ħafna xogħol professjonali. 

X’tikkummenta fuq l-istagun li għadda fejn kellek staġun mill-aqwa fejn saħansitra ġejt nominat bħala wieħed mill-ħames finalisti għall-unur tal-Aqwa Plejer tan-National Amatuer League 1 waqt l-MFPA Awards 2025?

Kienet esperjenza sabiħa ħafna. Bqajna niġġieldu għall-promozzjoni sal-aħħar logħba. Għaddejna minn żmien diffiċli bħalma għadda kull tim peró rnexxielna nibqgħu magħqudin u nemmnu biex nilħqu l-ambizzjonijiet tal-klabb.

X’taħseb li kien is-sigiriet tas-suċċess wara l-kisba tal-promozzjoni għall-BOV Challenge League?

Is-sigriet tas-suċċess ta’ Birzebbugia SP FC kien li mill-ewwel ġurnata sal-aħħar ġurnata konna magħqudin u dedikati.

X’tikkummenta fuq il-fatt li proprju fil-jiem li għaddew, irbaħt l-unuri tal-MFA u MFPA Plejer tas-Sena tan-National Amateur League 1?

Ninsab grat ħafna għall-unuri li rbaħt u għall-appogg kollu li rċevejt mill-klabb, plejers u l-familja. Il-fatt li rbaħt l-unuri tal-MFPA u MFA Plejer tas-sena huwa suċċess mhux biss għalija iżda wkoll għall-klabb ta’ Birzebbugia SP FC.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Din is-sena kien hemm livell tajjeb fin-National Amateur League 1. Kien hemm ħafna timijiet livell ta’ xulxin u l-klassifika tista’ turi li sal-aħħar ġurnata kien għadu ħadd ma kiseb il-promozzjoni. 

U dak tal-grawnds fejn tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Bħala grawnds nemmen li tjiebna ħafna. Bħala art, għandek aktar kumditá peró trid tadatta l-logħba fejn se tkun ħa tilgħab. Forsi jkollok grawnd li fih ikollok aktar spajzu minn grawnds oħra fejn tilgħab futbol isbaħ u aħjar. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Nipprova nżomm fiżikament tajjeb u nieħu t-taħriġ b’serjetá kbira biex inżomm il- livell tiegħi wieħed kompetittiv. L-għan tiegħi hu li nkompli nilgħab il-futbol u nżomm ruħi fiżikament tajjeb.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

L-affarijiet kultant ma jiġux kif tkun tixtieq … forsi tkun għaddej minn żmien diffiċli kemm fuq sport kif ukoll personali. Kull persuna tgħaddi minn żmien hekk. Dak iż-żmien jgħaddi – l-importanti li ma taqtax qalbek u tibqa’ tittrenja u tagħti l-100% tiegħek u ċ-ċans jerġa’ jiġik biex turi l-kapaċità tiegħek!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport