Saturday, December 21, 2024

Is-sigurtà fiż-żjarat tal-Papiet… ma naqsux is-sorprizi u l-inċidenti

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

M’hemm ebda dubju li kull meta saret żjara mill-Papa fostna, l-element tas-sigurtà dejjem ingħata prijorità massima.  It-thejjijiet u l-pjani jibdew minn ħafna xhur qabel, inkluż it-taħriġ. Ma tistax ma’ tistaqix, imma kollox imur ward u żahar? Jinqalgħu sorpriżi fi żjarat bħal dawn li jkunu ippreparati sa l-inqas dettal? Fuq kollox qatt kien hemm inċident għal membri tas-sigurtà?  

Tkellimna ma’ Paul Bonello, eks membru tal-Korp tal-Pulizija, li kien involut b’mod dirett fis-sigurtà fiż-żjara tal-Papa San Ġwanni Pawlu II fis-sena 1990 u anke fiż-żjara li kienet seħħet mill-Papa Benedittu XVI. Fi kliem Paul Bonello, dawk iż-żjarat jibqgħu timbru għal ħajja kollha.

Avvenimenti li jirrikjedu impenn kbir

Għalkemm jgħaddi żmien min fuq kulħadd, dawn il-ġrajjiet jibqgħu timbru f’ħajjitna ilkoll. Ngħid hekk għax bħala eks membru tal-Korp tal-Pulizija Maltija li ħdimt fis-sigurtà ta kull mexxej tal-Knisja u oħrajn peress li kont stazzjonat fl-iskwadra preċedenti SAG, dawn l-avvenimenti dejjem irrekjedew u għadhom jirrikjedu ħafna impenji u xogħol mill-kbir sa żgħir. It-taħriġ li jingħata lill-membri speċjali tal-Forzi tal-ordni hija waħda impekkabbli.  Niftakar ċar l-ewwel miġja tal-Papa San Ġwanni Pawlu II ġewwa pajjiżna Malta u anke Għawdex bejn 25 u 27 ta Mejju 1990. It-taħriġ f’dawk iż-żmenijiet kien sar ħafna minnu mill-Missjoni Militari Taljana li kienu ibbażati f’Malta peress li kien hemm Protokol bejn il-pajjiżi li kien sar fit-tmeninijiet fuq taħriġ u tagħmir lill-Forzi tal-Ordni f’pajjiżna. Infakkar li qabel ma ġie il-Papa fostna Mejju 1990. kellna avveniment kbir ta’ summit f’Malta Diċembru 1989 bejn is-superpotenzi, il-Presidenti tal-Istati Uniti u Russja. It-taħriġ għal dak iż-żmien kien wieħed avvanzat  u komplejna nibnu sal-lum fit-taħriġ lill-Forzi tal-Ordni.”

Spettur iweġġa max-xewka tal-bieba… għalkemm imweġġa’ kompla b’xogħlu

Paul Bonello jirrrakkonta li “wara irritorna lejn seminarju fir-Rabat għal ftit ħin ta’ mistrieħ Waqt it-tluq mis-seminarju, niftakar inċident meta l-eks spettur Mario Bartolo li kien parti mis sigurtà weġgħa max-xewka tal-bieba tal-vettura tas-sigurtà. Ittieħed b’urġenza l-isptar ta’ Għawdex u żjara tal-Papa tkompliet  fil-Katidral ta’ Santa Marija fejn ingħata merħba kbira mill-Għawdxin preżenti fil-knisja u zuntier., Illum ngħid li dan l-inċident li semmejt miraklu kien li ma kienx aktar gravi fejn l-ispettur għalkemm imweġġa’ bid-daqqa fuq sidru kompla bil-ħidma tiegħu. It-tluq bil-katamaran San Franġisk minn Għawdex għal gżejjer ta san Pawl kienet xi ħaġa tal-meravilja fejn ħafna opri tal-baħar segwew il-vjaġġ tal-Papa fuq il-baħar fost sigurtà anke mill-armata Maltija. Ħdejn il-gżejjer tniżżlet statwa ta’ Kristu il-Baħħar fil-qiegħ tal-baħar biex tkun ta’ attrazzjoni għall-bughaddasa u għal min jiġi jżurna. L-opri tal-baħar baqgħu isegwu il-katamaran bil-Papa fuqu sad-daħla tal-Port il-Kbir u Bormla. Wara laqgħa sabiħa f’Bormla fejn anke inħarġet l-istatwa tal-Kunċizzjoni  il-Papa irritorna lejn Ħ’Attard.” 

Ma kinitx fil-programm… il-Papa ħareġ minn Nunzjatura bil-mixi u mar iżur lis-sorijiet fl-Isptar Santa Katerina

L-eks Pulizija, Paul Bonello jirrakkonta li “konna ġejna infurmati mis-sigurtà interna tal-Papa li għandha issir żjara lis-sorijiet tal-isptar Santa Katerina meta toroq kienu litteralment kwieti u bla nies. Din ma kinitx fil-programm u il-Papa ħareġ mid-dar tan-Nunzjatura u qasam it-triq bil-mixi. Wara li l-Papa irritorna fin-Nunzjatura, bħala membri tas-sigurtà konna bqajna ġewwa il-kwartieri f’Ta’ Kandja.”

Il-Pope Mobile għaddiet minn fuq sieq wieħed mill-Pulizija… mill-X Ray ma rriżulta xejn

Qal ukoll li “telaq mir-Rabat għall-Quddiesa fuq il-fosos fejn attendew eluf ta’ nies.  Inċident ieħor li baqa’ immarkat f’moħħi u anke assistejt lill-kollega l-isptar,  kienet li wara rifsa mil-Pope Mobile fuq saqajn ta’ uħud mill-kollegi li ħadmu fis-sigurtà, kellna nieħdu b’urġenza wieħed minn sħabna għal Xray.  Il-vettura Pope Mobile li hija robusta u tqila tistenna li jkollok dannu iżda fl-xray ma rriżulta xejn. Ma ninsewx li r-rassa fifosos kienet kbira u dawk iż-żmenijiet il-barriers tal-Pulizija kienu limitati”.

Ekonomija

Sport