Tuesday, May 14, 2024

“Niftakar kommossjoni fil-Mosta għax il-Popemobile għaddiet vojta”

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar jiem kien hawn reazzjonijiet varji b’rabta mat-tħejjija tas-sigurtà għaż-żjara tal-Papa Franġisku dan is-sit tkellem ma’ Paul Bonello, eks membru tal-Korp tal-Pulizija, li kien involut b’mod dirett fis-sigurtà fiż-żjara tal-Papa San Ġwanni Pawlu II fis-sena 1990 u anke fiż-żjara li kienet seħħet mill-Papa Benedittu XVI.

Għalih dawn kienu memorji li ma jintesew qatt. Kellimna dwar il-viżta Pastorali  ta’ San Ġwanni Pawlu II fil-Grotta  tal-Bażilika u santwarju Pawlin fir-Rabat Malta f’Mejju tal-1990. Ħafna jiftakru meta ukoll sar l-Angelus min fuq iz-zuntier tal-Bażilka Parrokkjali Pawlina. Naraw ilkoll li mill-ewwel ħinijiet tal-wasla tal-Papa f’Malta eluf ta nies ħonqu toroq mill-ajruport sal-Belt Valletta propju sal-Kon Kattidral.  Ġewwa il-Kon Kattidral, dan kien inqasam naħa qassisin u kleru irġiel u naħa sorijiet. Fit-tluq mill-Belt fejn il-Papa għadda mill-pjazza ta’ San Gejtanu fejn bir-rassa ta’ nies kellu jieqaf l-entorage u Papa ngħata xi fjuri waqt merħba spontanja  u wara tkompla il-vjaġġ lejn id-dar tan Nunzjatura, dak iż-żmien f’Ħ’Attard, eżatt ħdejn l-isptar Santa Katerina. 

Is-Sibt l-ewwel laqgħa kienet ma’ eluf ta tfal li nġabru ħdejn id-dar fit-toroq u pjazza ta quddiem kollha bil bnadar sofor u bojod tal-Papa. Wara it-tluq lejn is-santwarju Marjan il-Mellieħa fejn il-Papa minflok fil-Popemobile rikeb f’karozza prottetiva. Fil-pjazza tal-Mosta qamet kommosjoni fejn il-poplu Mosti stenna bi ħġaru li jara il-Papa iżda raw il-Popemobile għaddeja minn ħdejhom vojta. Wara santwarju, mar  lejn Għawdex bil-katamaran fejn il-Papa żar is-santwarju ta’ Pinu fejn anke twaħħlu mal-inkwadru mirakoluż tal-Madonna l-istilel mill-Papa wara quddiesa Pontifikali.

Sport