Saturday, December 21, 2024

Is-sigurtà tal-Papa fl-ajruport

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-timijiet tal-operat u tas-sigurtà tal-ajruport bl-aktar rwol importanti…

Għada s-Sibt huwa jum tant mistenni li fih il-Papa Franġisku se jasal f’pajjiżna. L-ewwel post li fih se jmiss riġlejh f’Malta huwa l-ajruport internazzjonali tagħna u ovvjament dan jirrikjedi ħidma intensiva biex kollox imur b’wiċċ il-ġid u bl-aħjar mod possibbli. Talk.mt tkellem mal-Kap tas-Sigurtà fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali, Patrick Murgo, fejn infurmana li minn meta ġiet ikkonfermata d-data taż-żjara tal-Papa fostna, saru diversi laqgħat biex il-Papa jingħata merħba xierqa f’Malta u biex kollox jimxi skont il-protokoll.

“Kif wieħed jista’ jimmaġina żjara bħal din tirrikjedi l-isforzi konġunti u komunikazzjoni kostanti ma’ diversi stakeholders,” qal Murgo. Fost l-istakeholders hemm inklużi rappreżentanti mit-tim tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. 

Hemm diversi dipartimenti min-naħa tal-ajruport tagħna li huma involuti fil-loġistika kemm tal-wasla, kif ukoll tat-tluq tal-Papa Franġisku minn ġżiritna. “Iżda, it-timijiet tal-operat u tas-sigurtà tal-ajruport għandhom l-aktar rwol importanti biex jiżguraw li kollox jimxi skont il-programm f’ambjent sigur,” spjegalna dan il-Kap tas-Sigurtà.

Patrick Murgo min-naħa tiegħu rringrazzja lil kull min kien involut, tal-ħidma u tal-koperazzjoni biex għada nkunu nistgħu nilqgħu fostna lill-Qdusija Tiegħu.

Il-Papa Franġisku se jasal Malta għada filgħodu u se jdum sal-għada l-Ħadd. Huwa se jżur il-Belt Valletta, Ta’ Pinu f’Għawdex, il-Floriana kif ukoll Ħal Far.

Ekonomija

Sport