Tuesday, May 14, 2024

Mara minn New Zealand ħasbet li żewġha qed jinjoraha … eventwalment skopriet li kien vittma ta’ aċċident

Aqra wkoll

Bonnie Caldwell, minn New Zealand, tirrakkonta kif hija ħasbet illi żewġha Matt beda jinjora l-messaġġi tagħha, iżda li eventwalment skopriet li kien vittma ta’ aċċident.

Bonnie tirrakkonta kif Matt kien mar jara logħba rugby ma’ sħabu u li l-aħħar komunikazzjoni bejniethom it-tnejn kienet f’xi nofsillejl. F’lejl sħiħ ma reġgħux ikkuntattjaw lil xulxin u minkejja li ratha daqsxejn stramba din l-affari, hija assumiet li forsi esaġera fix-xorb u qabditu wġigħ ta’ ras kbira.

Skont id-Daily Star, huwa rrappurtat li iżjed tard matul il-ġurnata, hija rċeviet messaġġ mingħand ħu r-raġel fejn talabha sabiex tmur sad-dar li kienu jinsabu fiha huma. Hija ġiet mgħarrfa li Matt miet mewta traġika. 

Apparentament, skont Bonnie, fil-post li kienu fih l-irġiel kien hemm bħal irdum u meta kien miexi Matt ma indunax li kien jisab fix-xifer u baqa’ nieżel għal isfel.

Il-mara tal-vittma qalet li dal-każ ilu li seħħ tmien xhur.

Sport