Monday, May 13, 2024

IS-SIGURTÀ WAQT L-IVVJAĠĠAR BL-AJRU

Aqra wkoll

Is-sigurtà tal-passiġġieri waqt li jkunu qegħdin jivvjaġġaw bl-ajru ssarraf bejn ħajja u mewt. Aktar milli servizz tajjeb u esperjenza pjaċevoli, is-serħan tal-moħħ għal dawk kollha li jkunu bejn sema u art hija prijorità. Huwa għalhekk li s-settur tal-avjazzjoni jagħmel skrutinju ta’ kulma jista’ jxekkel operat sigur u jieħu passi fejn hemm bżonn.

Dan fost l-oħrajn b’riżorsi umani professjonali, manutenzjoni xierqa u kontrolli kontinwi. F’Malta dan is-settur huwa talogħla livell iżda, fejn tidħol is-sigurtà waqt l-ivvjaġġar bl-ajru, tidħol ukoll irresponsabbiltà tal-imġieba personali ta’ kull passiġġier.

Ftit ġranet ilu, proprju wara t-twelid tal-linja talajru nazzjonali ġdida, seħħ inċident xejn dinjituż għall-persuna involuta u xejn pjaċevoli għall-passiġġieri u l-ekwipaġġ. Dan kien inċident li fih passiġġier wasal biex ġab ruħu b’mod erratiku għall-aħħar u saħansitra vjolenti, waqt li kien xurban f’titjira.

Kien grazzi għall-intervent talekwipaġġ li s-sitwazzjoni ġiet ikkontrollata u wara, aktar wiesgħa. Nemmnu li kontrolli u restrizzjonijiet ġodda għandhom jiġu introdotti fuq l-istat li jkun fih passiġġier qabel jitla’ fuq ajruplan kummerċjali.

Dan mal-inżul, l-awtoritajiet ħadu l-passi meħtieġa. Iżda, wieħed ma jistax ma jitħassibx meta jsir jaf li kien hemm persuna bla kontroll tal-azzjonijiet tagħha fuq ajruplan bin-nies fih fl-ajru.

Dan kien inċident li jwassalna għall-mistoqsija jekk wasalx iż-żmien li l-kontrolli u r-restrizzjonijiet fuq titjiriet kummerċjali għandhomx imorru oltre minn dawk preżenti.

Il-fatt li kien hemm persuna li waslet biex ġabet ruħha b’dan il-mod, jagħti lok għal kontrolli u restrizzjonijiet għax, jekk passiġġier ma ddejjaqx imur kontra protokoll wieħed, x’assigurazzjoni hemm li f’dak l-istat ta’ sakar, ma jġibx ruħu b’mod aktar perikolużi b’detriment għall-bqija tal-passiġġieri l-oħra?

Nemmnu wkoll li wieħed għandu jikkonsidra jekk wasalx iżżmien li jew ma jkunx servut xorb alkoħoliku waqt titjiriet kummerċjali jew almenu, ikun hemm limitu ċar u infurzat ta’ kemm persuna tista’ tixrob alkoħol meta tkun qiegħda tivjaġġa b’ajruplan.

Dan dejjem għas-sigurtà tal-passiġġieri kollha li jivvjaġġaw blajru. Passiġġieri fis-sakra fuq titjiriet kummerċjali jsarrfu f’riskji sinifikani.

Għaldaqstant, deċiżjoni ta’ limitu filkonsum jew projbizzjoni ta’ persuni abbord fi stat intossikat, tkun qiegħda tassigura s-sigurtà tal-individwi kollha fuq ajruplan.

Dan barra konformità mar-regoli u konsiderazzjonijiet etiċi. Il-linji tal-ajru għandhom sfida quddiemhom. Huwa minnu li r-responsabbiltà f l-imġieba individwali ma tiddependix minnhom imma, introduzzjoni ta’ regoli u miżuri ġodda biex jipprijoritizzaw il-protokolli ta’ sigurtà, iva.

B’miżuri proatttivi l-lini tal-ajru jistgħu jipprevjenu u jindirizzaw inċidenti li jinvolvu passiġġieri intossikati. B’hekk, ikomplu jżommu l-integrità tal-operat u jipproteġu l-benesseri ta’ dawk kollha li jagħżlu li jivvjaġġaw magħhom.

Sport