Friday, November 15, 2024

Is-Sindku jgħid li l-monument ma ġiex vandalizzat … sofra ħsarat bil-maltemp

Aqra wkoll

Is-Sindku ta’ Tas-Sliema John Pillow f’kummenti dwar dak li għall-ewwel kien maħsub li kien att vandalu fuq il-monument tal-Artisti Maltin qal li x’aktarx li t-tkissir tal-monument kien kkawżat mir-riħ qawwi li ħakem iż-żona fl-aħħar jiem.

Is-Sindku spjega li minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-monument sofra xi ħsarat ikkawżati mill-elementi ripetutament. Huwa saħaq li jekk se tkun qiegħda tiġi restawrata, jeħtieġ li tittieħed deċiżjoni rigward x’materjal se jkun qiegħed jintuża.

8:30 a.m: Parti mill-monument tal-artisti Maltin jispiċċa f’biċċiet

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga dwar it-tkissir tal-monument tal-Artisti Maltin f’Tas-Sliema. Dan wara li fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, wieħed mit-tliet persuni li fuqhom inħadem il-monument spiċċa mkisser minn qaddu ’l fuq fejn spiċċa f’biċċiet.

S’issa għadu mhux magħruf jew dan kienx inċident jew kienx sforz ta’ vandaliżmu. Mal-ewwel ritratti li bdew jinxterdu fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li sostnew li jekk il-każ huwa li dan ġie mkisser b’vandaliżmu, il-persuna jew persuni responsabbli għandhom jiġu sanzjonati għal għemilhom f’messaġġ b’saħħtu li dawn l-affarijiet mhumiex aċċettabbli f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport