Tuesday, May 14, 2024

Is-Sindku Mellieħi jsellem il-memorja tal-ewwel Sindku tal-lokalità

Aqra wkoll

Is-Sindku tal-Mellieħa Dario Vella sellem il-memorja ta’ Joseph Borg li miet fl-età ta’ 81 sena. 

Joseph Borg kien ġie elett fl-ewwel elezzjoni tal-Kunsilli li saret f’Novembru tal-1993. Borg baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet ta’ wara, kemm f’Marzu tal-1996, kif ukoll tliet snin wara fl-1999.

Meta kien ġie mistoqsi dwar x’ħajru jikkontesta, Borg kien wieġeb li l-ħsieb li l-lokal seta’ jimxi aħjar kien fuq quddiem fl-aġenda tiegħu. Huwa kien favur il-kunċett tal-Kunsill Lokali u stqarr li fost esperjenzi li offrielu kien hemm interess qawwi fit-titjib, il-kuntatt mar-residenti u l-fehma tal-problemi tal-istess lokalità.

Is-Sindku Dario Vella wassal il-kondoljanzi tiegħu f’isem il-bqija tal-lokalità lill-familja ta’ Borg f’dan il-mument tat-telfa tagħhom.

Sport