Saturday, January 11, 2025

Is-sindku ta’ Milan jitkellem dwar l-istadium il-ġdid

Aqra wkoll

Is-sindku ta’ Milan, Giuseppe Sala, waqt ċerimonja li saret ilbieraħ fil-muniċipju tal-istess belt sostna li flimkien mal-kunsillera l-oħra tkellem dwar l-istadium il-ġdid ta’ Inter u Milan li se jkun qed jieħu post San Siro. 
Sala sostna li għad fadal ħafna diskussjonijiet xi jsiru u deċiżjoni finali mistennija tittieħed bħal lum sena meta eventwalment Stadio San Siro jiġi mwaqqa’ sabiex iħalli spazju għal impjant iktar modern u li jappella għaż-żminijiet tal-lum.

Hemm diverġenza kontinwa bejn iċ-ċittadini ta’ din il-belt fuq l-istadium il-ġdid hekk kif ħafna qed isostnu li monument bħal San Siro se jispiċċa darba għal dejjem filwaqt li oħrajn jgħidu li dan hu impjant antik wisq għal-lum il-ġurnata.

Sport