Saturday, December 21, 2024

Is-Sindku tan-Naxxar tintalab tirreżenja minħabba kunflitt ta’ interess

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista ntqal li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino wara diskussjoni mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, aktar kmieni waranofsinhar tkellem mas-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami u talabha tirriżenja fid-dawl ta’ kunflitt ta’ interess mhux dikjarat kif żvelat fil-midja.

L-istqarrija tkompli li fin-nuqqas li r-riżenja ma tiġix ppreżentata fi żmien 24 siegħa, dan il-każ se jiġi mressaq quddiem il-Kummissjoni Dixxiplina u Etika tal-Partit sabiex ikun jista’ jinvestiga u jasal għall-konklużjonijiet tiegħu dwar dan il-każ.

Il-Partit Nazzjonalista temm jesiġi l-ogħla standards mill-uffiċjali u dawk kollha li b’mod jew ieħor jirrappreżentawh.

Ekonomija

Sport