Wednesday, April 24, 2024

Birkirkara miżmuma minn Mosta

Aqra wkoll

Birkirkara ……… 2

Mosta …………… 2

Birkirkara sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 2-2 minn Mosta, b’dan id-draw jista’ jitqies bħala wieħed ġust hekk kif iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti pożittivi tagħhom.

B’hekk wara d-draw ta’ mingħajr goals kontra Valletta, dan kien it-tieni draw konsekuttiv għall-Istripes, waqt li din kienet ir-raba’ partita nfila mingħajr rebħa għal Mosta.

Kienu Mosta li fetħu l-iskor, fit-12-il minuta, proprju fl-ewwel azzjoni pe­rikoluża meta minn azzjoni ta’ free-kick mogħti minn Ivan Doric, SUNDAY AKINBULE kien fil-post it-tajjeb u fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Birkirkara wieġbu fl-24 minuta permezz ta’ xutt fil-baxx ta’ Luke Montebello li ġie salvat f’żewġ tentattivi mill-goalkeeper Christoffer Mafoumbi.

L-Istripes komplew jippressaw għall-goal tad-draw u fil-35 minuta, Kilian Be­vis xeħet cross-shot fil-baxx b’Luke Montebello minn taħt il-lasti jara t-tentattiv tiegħu jintemm għoli.

Mosta wieġbu eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima b’xutt bid-dawra ta’ Zachary Brincat mid-distanza li iżda ntemm għoli.

Fit-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu aktar aggressivi u fit-48 minuta irnexxiehom iġibu l-iskor indaqs meta minn free-kick ta’ Diego Venancio, il-ballun ġie ppanċjat minn Mafoumbi, biex mir-rebound, KILIAN BE­VIS minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.

Fis-56 minuta, Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ JOHNSON NSUMOH li ġie devjat għal ġewwa minn di­fensur avversarju.

Birkirkara wettqu reazzjo­ni tajba u fit-78 minuta kisbu d-draw b’xutt fil-baxxa ta’ CAIN ATTARD.

Żewġ minuti wara Akinbule resaq viċin iżda x-xutt tiegħu ħabat man-naħa ta’ barra tax-xibka. Fid-89 minuta, William Donkin, avvanza tajjeb iżda sab lill-goalkeeper Karkariż, Daniel Marcio Fernandes attent biex evitagoal ċert.

BIRKIRKARA: 1-Daniel Mar­cio Fernandes, 2-Enzo Ruiz, 5-Enrico Pepe, 6-Yannick Yankam, 7-Luke Montebello, 21-Ryan Scicluna (8-Claudio Bonanni 79), 22-Cain Attard, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 30-Kilian Be­vis (70-Jeferson Macedo 70), 77-Diego Venancio  – Coach: André Paus

MOSTA: 37-Christoffer Mafoumbi, 6-Roderick Briffa (30-Luis Riascos 76), 13-Clayton Failla, 14-Johnson Nsumoh (7-William Donkin 76), 19-Johann Bezzina (16-Gianluca Sciberras 88), 22-Tyrone Farrugia, 24-Ivan Doric, 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (11-Duane Bonnici 59), 88-Sunday Akinbule, 98-Rodriguez Ekani   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Paul Apap

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: S. Akinbule 12, J. Nsumoh 56 (M), K. Bevis 48, C. Attard 78 (B)

AMMONITI: T. Farrugia, R. Morisco, I. Doric (M), E. Ruiz, R. Scicluna (B)

Sport