Monday, April 22, 2024

L-ilbies tal-maskra obbligatorja… il-maġġoranza jikkonformaw, oħrajn jilmentaw

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara li fl-aħħar jiem id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li se jkollna nerġgħu lura għall-ilbies tal-maskra; inklużi dawk imlaqqmin, bosta kienu dawk li qalu tagħhom dwar dan.

Il-fotografu ta’ dan is-sit f’ritratti li ġibed fil-belt Kapitali jidher biċ-ċar li l-maġġoranza tal-poplu qiegħed josserva din il-miżura li daħlet fis-seħħ mill-bieraħ.

Minbarra l-pubbliku li qiegħed josserva billi jilbes il-maskra, jidher li numru ta’ uffiċjali qegħdin ikunu preżenti biex jassiguraw minn dan, anke għaliex din mhijiex kwistjoni ta’ multi, iżda ta’ li nkunu kapaċi nipproteġu lil xulxin.

Intant aktar kmieni dalgħodu l-Ministru Fearne qal li dawn l-aħħar miżuri se jservu ta’ “umbrella” f’każ li jipprova jersaq lejna l-“maltemp”. Huwa fakkar li fil-jiem li ġejjin mhux biss se nkunu qegħdin inżidu fl-attività soċjali, se tkun qiegħda tonqos l-immunità ta’ dawk imlaqqmin u saħansitra hemm il-probabbilità li f’pajjiżna jidħol il-varjant tal-Omicron ukoll.

Minkejja dan, xi persuni esprimew id-diżappunt tagħhom f’dan ir-rigward u qalu li l-ilbies tal-maskra obbligatorju għal dawk imlaqqmin, saħansitra dawk imlaqqmin bil-booster ukoll għalihom joħloq ċertu inċertezzi. Kien hemm persuni li esprimew id-delużjoni tagħhom u saħqu li tali deċiżjoni għalihom tfisser li mhumiex se jilqgħu l-istedina biex jerġgħu jitlaqqmu.

Sport