Friday, April 19, 2024

Virus, Joe Hoo Lee u Juvels Boy jispikkaw fil-Premier

Aqra wkoll

L-aktar tliet tiġrijiet mistennija li saru l-Ħadd waranofsinhar fil-Marsa kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn għamlu parti mill-44 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott u ntrebħu minn Virus, Joe Hoo Lee u Juvels Boy.

Fl-ewwel tiġrija Premier, taħt il-gwida ta’ Michael Ellul, il-Franiż u favorit Virus irnexxielu jieħu t-tieni rebħa konsekuttiva. Dan wara li fl-aħħar metri fetaħ vantaġġ ta’ tul minn Baladin Du Reynard (Kurt Saliba). Castle Rose, għall-ewwel darba f’idejn Noel Baldacchino, temm it-tielet minn Bastingage (Herman McKay).  

Kumbattuti ferm kienu l-aħħar metri tat-tieni tiġrija tal-aqwa klassi. L-Iżvediż Joe Hoo Lee (Matthew Sammut) irreġistra t-tielet rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri ikkontrolla l-isfida ta’ Valseme (Jason Zahra). Casanova Du Corta (Cliferty Calleja) u Xceed G.T. (Clint Vassallo) daħlu warajhom f’dik l-ordni. 

Min-naħa l-oħra, it-tielet u l-aħħar tiġrija tal-aqwa klassi rat lil Juvels Boy (Cailin Borg) jakkwista l-ewwel rebħa fi xtutna b’mod mill-aktar faċli. Fil-fatt dan qabeż il-linja finali l-ewwel b’vantaġġ ta’ tliet tulijiet minn Antoine Du Bourg li f’din l-okkażjoni kien misjuq minn sidu stess, Peter Agius. Caid De Bengale (Ivan Stivala) u Andante (Jeffrey Scerri) temmew fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. 

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gamin De Source (P. Galea) Ħin – 3.26.5” (1.18.2”) 2. Gringo Marancourt (K. Axisa) 3. Generation d’Amour (J. Gafa’) 4. Grace d’Auberville (M. Attard)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Eole De Mahey (N. Baldacchino) Ħin – 3.27.1” (1.18.5”) 2. Artiste d’Alice (M. Farrugia) 3. Gazon De Compagne (C. Camilleri) 4. Dakota Atout (M. Mifsud)

III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. And Stitch (G. Azzopardi) Ħin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Prinsen One (M. Farrugia) 3. New Moon Pellini (K. Galea) 4. Star’s Fighter (L. Ghigo)

IV Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Fast Cash SF (R. Magro) Hin – 3.27” (1.18.4”) 2. Django Lover (K. Agius) 3. Khali Magdalon (Ch. Gauci) 4. Cadumroc (Ch. Degiorgio)

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Virus (M. Ellul) Ħin – 3.17.5” (1.14.8”) 2. Baladin Du Reynard (K. Saliba) 3. Castle Rose (N. Baldacchino) 4. Bastingage (H. McKay)

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Joe Hoo Lee (M. Sammut) Ħin – 3.19.6” (1.15.6”) 2. Valseme (J. Zahra) 3. Casanova Du Corta (C. Calleja) 4. Xceed G.T. (C. Vassallo)  

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Joyus (P. Galea) Ħin – 3.22” (1.16.5”) 2. Wise Wind (C. Gerada) 3. Secret Avenue (M. Fenech) 4. High On Life (N. Baldacchino)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Juvels Boy (C. Borg) Ħin – 3.18.3” (1.15.1”) 2. Antoine Du Bourg (P. Agius) 3. Caid De Bengale (I. Stivala) 4. Andante (J. Scerri)

IX Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Festin d’Avenir (D. Baldacchino) Ħin – 3.26.6” (1.18.2”) 2. Double Sans Faute (M. Desira) 3. Zodiaco As (P. Galea) 4. Voyeau De Javron (T. Mallia)

Sport