Wednesday, April 24, 2024

Max Verstappen champion tal-Formula 1 … b’mod kontroversjali

Aqra wkoll

Meta fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun tal-Formula Wieħed li sar fiċ-ċirkwit ta’ Abu Dhabi, kollox deher li s-sewwieq Britanniku, Lewis Hamilton (Mercedes) kien se jirbaħ it-tmien titlu tal-karriera tiegħu.

Iżda tliet dawriet mit-tmiem meta huwa kien fil-vantaġġ ta’ aktar minn 12-il sekonda fuq ir-rival dirett tiegħu, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull), kellha tissejjaħ is-safety car minħabba li kien hemm aċċident meta l-Kanadiż, Nicholas Latifi (Williams) ikkraxxja fil-ħajt. 

Dak id-distakk ta’ Verstappen niżel għal kollox iżda filwaqt li kien fit-tieni post, huwa kien wara erba’ karozzi li kienu llappjati u qatt ma deher li seta’ b’xi mod jaqbeż lil dawn il-karozzi u jegħleb lil Hamilton meta kien għad fadal żewġ dawriet għat-tmiem.

Iżda għas-sorpriża ta’ kulħadd, id-direttur tat-tiġrija, Michael Masi, b’mod mill-aktar kontroversjali bidel id-deċiżjoni tar-regolamenti hekk kif l-erba’ karozzi li kien hemm Verstappen tħallew jaqbżu s-safety car biex l-istess sewwieq Olandiż tħalla jiġi ras imb’ras ma’ Hamilton li kien ixxamplat fil-vantaġġ.

F’dak il-mument, Verstappen kellu l-vantaġġ minħabba li kellu t-tyres friski u meta ġew ras imb’ras ma kien hemm l-ebda dubju minn kien se jidħol fl-ewwel pożizzjoni … hekk kif Verstappen ħalla lil Hamilton warajh biex rebaħ l-ewwel titlu tiegħu.

Kienet konstroversja li ħalliet lill-Olandiż u lill-partitarji tar-Red Bull jiċċelebraw fost id-diżappunt fil-kamp tal-Mercedes.

Wara din it-tiġrija ħarġet l-aħbar li teżisti possibbiltá li Hamilton se jirtira.

Sport