Tuesday, April 16, 2024

L-ewwel pazjenti fl-Isptarijiet fl-Ingilterra infettati bl-Omicron

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju tal-Istat għall-Edukazzjoni Nadhim Zahawi kkonferma dwar l-ewwel pazjenti infettati bl-Omicron li ddaħħlu fl-Isptarijiet fl-Ingilterra.

“Terz tal-każi tal-coronavirus f’Londra huma każi tal-varjant Omicron”, kompla jgħid is-Segretarju għall-Edukazzjoni.

Huwa żied jappella favur it-teħid tal-booster hekk kif skontu ż-żewġ tilqimiet tal-vaċċin mhumiex biżżejjed kontra dan il-varjant.

Fl-aħħar sigħat, fl-Ingilterra kienu rreġistrati 1,898 każ ġdid tal-Omicron.

Mistoqsi dwar jekk jistax jiggarantixxi li l-iskejjel se jkunu miftuħin f’Jannar li ġej, Zahawi qal li se jkun qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex jassigura li dawn ikunu jistgħu jkomplu bit-tagħlim. Minkejja dan huwa naqas milli jagħti xi forma ta’ garanzija.

Ekonomija

Sport