Wednesday, July 24, 2024

Is-Sindku taż-Żejtun tħabbar investiment ta’ €1.5 miljun mill-Gvern… se jsir xogħol fit-triq prinċipali li tagħti għaż-Żejtun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Sindku taż-Żejtun, Doris Abela għadha kemm ħabbret li wara laqgħa li kellha ftit tal-ġranet ilu mal-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, ġie deċiż li fil-ġranet li ġejjin se jinbeda x-xogħol fuq Vjal il-25 ta’ Novembru fiż-Żejtun. 

Abela spjegat li din it-triq inqalgħet kollha minħabba l-għeruq tas-siġar u għalhekk tinsab fi stat perikoluż. Spjegat ukoll li dan il-proġett se jiġi jiswa mal-€1.5 miljun lill-Gvern u għalhekk irringrazzjat lill-Ministru Ian Borg u lit-tmexxija ta’ Infrastructure Malta għax-xogħol fejjiedi li qed iwettqu fil-lokalità taż-Żejtun.

https://www.facebook.com/doris.abela.9/posts/3776205505727847

Ekonomija

Sport