Sunday, November 24, 2024

Is-Sinjura Abela fost dawk li sellmu l-memorja ta’ attivist mill-Birgu

Aqra wkoll

Kienu bosta dawk li matul in-nofstanhar ta’ filgħodu sellmu l-memorja ta’ Leli Attard u taw il-kondoljanzi lill-familja u l-qraba tiegħu. Leli, deskritt bħala attivist fil-Birgu, ħalla din id-dinja fis-sigħat li għaddew.

Fost l-individwi li qasmu messaġġi ta’ eloġju fuq il-midja soċjali nsibu lis-Sinjura Lydia Abela, mart il-Prim Ministru Robert Abela. Hija tiddeskrivih bħala attivist politiku pjuttost maħbub fi ħdan il-partit: “Tista’ tgħid li l-attivisti tal-partit isiru parti mill-familja u Leli tal-Birgu żgur li kien wieħed minnhom. It-telfa tiegħu se tinħass fil-partit u fil-komunità tal-Birgu”.  

Wieħed mill-ġirien ta’ Leli kiteb hekk: “Ħasda oħra! Illum ħalliena Leli Attard, raġel li kien attiv ħafna fil-Birgu u li kien wieħed mill-ġirien tiegħi fi triq Nestu Laiviera fejn ta’ kuljum kont ngħid kelma miegħu”.

Ma naqasx ukoll messaġġ mill-Kumitat tal-Birgu Regatta Club li ddeskriva lil Leli bħala “Pilastru tal-volontarjat fil-Birgu”.

Sport