Saturday, May 4, 2024

Is-sistema ġdida tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma titħabbar fil-ġranet li ġejjin

Aqra wkoll

Matul dawn l-aħħar xhur sar ħafna xogħol biex tiġi indirizzata anomalija li inħolqot taħt gvern Nazzjonalista lura fl-2009 dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet li kien hemm bżonn ħidma ta’ diversi xhur minħabba bżonn ta’ bidla radikali fejn tidħol il-liġi kif ukoll l-aspett tekniku. Dalli qalet li minkejja sfidi internazzjonali li għaddejjin minnhom ħafna pajjiżi madwar l-Unjoni Ewropea kollha, il-gvern se jkun qiegħed iħabbar din is-sistema l-ġdida fil-ġranet li ġejjin.

Il-Ministru qalet li bħala gvern qiegħed jaħdem fuq livell lokali kif ukoll Ewropew għax irid li pajjiżna jibqa’ b’saħħtu quddiem l-isfidi.

“Lil poplu tagħna aħna se nkomplu nsostnuh u meta nikkomparaw is-sitwazzjoni ta’ pajjiżna ma’ dak li għaddej f’pajjiżi oħra Ewropej, nikkonfermaw li d-deċiżjoni li ħadna bħala gvern hija deċiżjoni tajba li qiegħda tħalli l-frott tagħha”, spjegat il-Ministru Dalli.

Sport