Wednesday, April 24, 2024

Uffiċjal tal-LESA u sewwieq ta’ mutur iweġġgħu gravi f’inċidenti separati

Aqra wkoll

Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati li seħħew ilbieraħ.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 a.m, fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema. Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tas-servizz tal-LESA misjuq minn Uffiċjal tal-LESA ta’ 32 sena u Hyundai I10 misjuqa minn raġel mill-Armenja ta’ 31 sena li jgħix Tas-Sliema. 

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa, fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi. Minn investigazzjoni li saret rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Piaggio misjuq minn raġel ta’ 76 sena residenti Bormla u Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żebbuġ. 

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ sewwieqa tal-mutur ittieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta maż-żewġ inċidenti għadhom għaddejjin.

Sport