Monday, November 4, 2024

Is-sitt titjiriet affettwati issa kanċellati … l-ajruport jibqa’ magħluq minħabba attività vulkanika

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament mil-linja nazzjonali tal-ajru Maltija l-Air Malta tħabbar li minħabba s-sitwazzjoni fl-ajruport ta’ Katanja, it-titjiriet li kienu mistennija jsiru f’ħin ieħor wara ċaqliq fil-ħin, kellhom jiġu kanċellati għalkollox.

Intqal ukoll li minħabba attività vulkanika, l-ajruport se jkun magħluq sa mill-inqas għada filgħodu fis-6:00 a.m. Minn hemm mistennija jinħarġu dettalji ġodda skont l-andament tas-sitwazzjoni.

9:00 a.m: Titjiriet tal-Air Malta affettwati mill-iżbroff tal-Etna

L-għeluq tal-ajruport ta’ Katanja minħabba l-iżbroff tal-vulkan Etna affettwa sitt titjiriet tal-Air Malta li kellhom isiru llum.

It-titjira KM640 minn Malta għal Katanja se titlaq fl-9.40 p.m 

It-titjira KM641 minn Katanja għal Malta se titlaq fl-11.05 p.m.

It-titjira KM644 minn Malta għal Katanja se ssir fil-11.20 p.m 

It-titjira KM645 minn Katanja għal Malta se ssir fil-00.50 a.m (it-Tlieta 15 t’Awwissu)

It-titjira KM642 minn Malta għal Katanja se titlaq fl-10.00 p.m 

It-titjira KM643 minn Katanja għal Malta se ssir fil-11.20 p.m

Din kienet it-tieni darba dan is-sajf li l-ajruport ta’ Katanja ġie magħluq. F’nofs Lulju dan kien ingħalaq minħabba nirien qawwija li ħakmu fiż-żmien ta’ mewġa ta’ sħana.

Sport