Id-Deputat Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami fl-intervent tiegħu fil-Parlament dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar il-Pulizija, qal li llum is-sitwazzjoni fil-Korp tal-Pulizija hi dik li dan mhux jiffunzjona. Dan għax il-bord ta’ dixxiplina mhux qed jiltaqa’ u allura mbagħad hemm sitwazzjoni fejn l-appelli mill-bord tad-dixxiplina ma jistgħux isiru.
Tenna li “llum għandna emenda nofs kedda u nofs lejħa. Din hi emenda li timplimenta biss parti minn dak li qalu l-GRECO u tħalli ħafna oħrajn barra. Jien irrid nara bord proattiv fuq l-imġiba tal-membri tal-Korp”.