Thursday, November 14, 2024

Is-sitwazzjoni fl-isptarijiet ta’ Londra “tixbah lil żona ta’ gwerra”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tobba Ingliżi jinsabu mħassbin ħafna li s-sistema tas-saħħa tal-pajjiż tista’ tispiċċa f’sitwazzjoni prekarja ħafna hekk kif in-numru ta’ persuni li qed ikollhom jiddaħħlu l-isptar minħabba l-pandemija qiegħed jiżdied sostanzjalment. Dan fid-dawl tal-mutazzjoni li kien hemm f’dan il-virus.

Qiegħed ikun ikkalkulat li b’dan ir-ritmu, in-numru ta’ persuni li se jkollhom jiddaħħlu l-isptar se jisboq in-numru ta’ meta l-pandemija kienet l-eqqel tagħha. 

Tobba fl-isptarijiet ta’ Londra qalu li s-sitwazzjoni fl-isptarijiet tixbah lil “żona ta’ gwerra” filwaqt li l-membri tal-Iscottish Academy of Medical Royal Colleges and Faculties wissew li s-sistema tas-saħħa tista’ tikkollassa. 

Il-paramediċi tal-kapitali Ingliża qegħdin jirċievu kważi 8,000 sejħa kuljum, filwaqt li s-servizz tal-ambulanza ta’ Londra (LAS) iddeskriva l-ġurnata ta’ Boxing Day bħala l-iktar waħda impenjattivi ta’ kull żmien. B’kollox matul il-ġurnata tas- 26 ta’ Diċembru, l-LAS irċieva 7,918-il sejħa li huwa 2,500 talba iktar mill-istess perjodu tas-sena li għaddiet. 

Parademiċi li tkellmu mal-midja qalu li ġieli paz- jenti kellhom idumu sitt sigħat jistennew biex jibdew jingħataw il-kura ġewwa l-isptar, u dan hekk kif f’ħafna każijiet il-kura bdiet tingħata fiż-żona fejn jidħlu l-ambu- lanzi minħabba nuqqas ta’ sodod disponibbli. 

L-ogħla esperti mediċi tal- pajjiż insistew li s-sistema tas-saħħa tal-pajjiż se tkun kapaċi tkampa f’din il-mewġa ta’ Covid-19, iżda se jkun hemm “prezz li jrid jitħallas”. 

Matul il-ġurnata tal-Ħadd, ir-Renju Unit irrapporta 30,501 każ ġdid ta’ infezzjoni kif ukoll 316-il mewt. Ir-ra- ta ta’ mwiet jidher li naqset bi 3.1% meta mqabbla mal- ġimgħa li għaddiet, iżda l-in- fezzjonijiet żdiedu b’57% u dan hekk kif il-mutazzjoni l-ġdida tal-virus qiegħda tkompli tinfirex f’għadd ta’ żoni. 

Ekonomija

Sport