Saturday, December 21, 2024

“Is-soċjetà għandha titqiegħed qabel l-azzjonisti” – Alfred Sant

Aqra wkoll

Filwaqt li appoġġja rapport li għandu l-għan li jtejjeb il-qafas regolatorju tal-UE dwar il-liġi tal-kumpaniji u l-governanza korporattiva, l-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant qal li s-soċjetà għandha titqiegħed qabel l-azzjonisti.

L-inizjattiva tal-Parlament Ewropew tippermetti lill-kumpaniji jiffokaw fuq il-ħolqien ta’ valur sostenibbli fit-tul minflok fuq il-benefiċċji fuq perjodu ta’ żmien qasir. Din timmira biex tallinja aħjar l-interessi tal-kumpaniji, l-azzjonisti tagħhom u s-soċjetà u tgħin ukoll lill-kumpaniji biex imexxu aħjar kwistjonijiet marbutin mas-sostenibbiltà fl-operazzjonijiet tagħhom stess.

Għalkemm ivvota favur ir-rapport, Alfred Sant esprima dubji dwar il-qafas għal strateġija ta’ sostenibbiltà korporattiva tal-UE u qal li kumpanija hija definita mhux biss fir-rigward tal-massimizzazzjoni tal-profitt fuq medda qasira ta’ żmien, iżda wkoll fir-rigward tal-isfidi ambjentali u soċjali.

Benefiċċji fit-tul u riskji ta’ sostenibbiltà, kif ukoll opportunitajiet, huma kompletament parti mill-istrateġija ta’ kumpanija u bosta imprendituri diġà jinsabu attivi f’dan ir-rigward.

Ir-rapporteur ressaq il-quddiem il-ħtieġa għal qafas tal-UE li jiżgura li l-membri ta’ entitajiet amministrattivi u maniġerjali tal-impriżi jkollhom ir-responsabbiltà kollettiva li jiddefinixxu strateġija ta’ sostenibbiltà korporattiva.

“Naqbel li għandu jkun hemm f’dan ir-rigward definizzjoni ċara ta’ politika ta’ salarju ġust. Madankollu, għandha tingħata attenzjoni fir-rigward tat-twaqqif ta’ kumitati ta’ konsulenza u monitoraġġ li jistgħu jispiċċaw joħonqu kumpaniji Ewropej, li diġà huma okkupati bi skedi iebsin ta ‘obbligi “, qal Alfred Sant.

Għalihom, regoli addizzjonali u piżijiet amministrattivi jkunu ta’ detriment għall-innovazzjoni u t-tkabbir organiku u l-kumpaniji żgħar u medji jistgħu jkunu eżentati milli jistabbilixxu kumitat bħal dan. Barra minn hekk, kwalunkwe strateġija ta’ sostenibbiltà tal-UE għandha tkun ibbażata fuq fatti, inklużi miri li jistgħu jitkejlu u bbażati fuq miri xjentifiċi.

Ekonomija

Sport