Sunday, December 22, 2024

Is-Super League jrid jissostitwixxi lill-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Is-Super League Ewropew stabbilixxa pjani ġodda biex jissostitwixxi l-UEFA Champions Lague b’kompetizzjoni li tkun komposta bejn 60 u 80 team.

L-aħħar idea kienet tara lil kull club involut jilgħab minimu ta’ 14-il logħba kull staġun, mingħajr ebda membru permanenti.

Din it-tħabbira saret mill-kumpanija Ewropea għall-iżvilupp tal-isports “A22” – li hija  bbażata f’Madrid.

Dan qed iseħħ fost tilwima legali li għaddejja bejn il-UEFA u t-tliet clubs li fadal fis-Super League Ewropew – Real Madrid, Barcelona u Juventus – idea li ġiet annullata fi żmien tlett ijiem wara l-protesti li saru mill-partitarji, f’April 2021.

A22 jsostnu li l-idea għall-formazzjoni tal-kompetizzjoni l-ġdida ġejja wara dis­kussjonijiet ma’ clubs madwar l-Ewropa dwar id-diffikultajiet ekonomiċi tagħhom.

Madankollu, għadu mhux magħruf kif Real, Barca jew Juventus se jagħmlu post għal timijiet ġodda fi ħdan l-istruttura, jew saħansitra min imexxi l-kampjonat.

A22 kkritikaw bl-aħrax lill-UEFA u ddeskrivew il-bażi għall-”10 prinċipji tagħhom għal kampjonat tal-football Ewropew”.

Huma qalu: “Kampjonat tal-football Ewropew għandu jkun kompetizzjoni miftuħa u multidiviżjonali b’60 sa 80 team, li tippermetti distribuzzjoni sostenibbli tad-dħul madwar il-piramida.

“Il-parteċipazzjoni għandha tkun ibbażata fuq mertu sportiv annwali u m’għandux ikun hemm membri permanenti.

“Kwalifiki miftuħa bbażati fuq prestaz­zjoni domestika tagħti aċċess lill-clubs li qed jiksbu postijiet għoljin fil-kampjonati domestiċi. 

Din hija “u-turn” kbira mill-prinċipji oriġinali li raw lill-”Imsieħba Fundaturi” jaqsmu somma ta‘ £3 biljuni u garanzija ta’ £130 miljun f’kull staġun.

Il-membri oriġinali tas-Super League kienu Real Madrid, Barcelona, ​​​​Atletico Mad­rid, Juventus, Milan, Inter, Manchester United, Liverpool, Manchester City, Chelsea, Arsenal u Tottenham.

Ekonomija

Sport