Saturday, December 28, 2024

Is-Sur Angelo Gafà maħtur Kummissarju tal-Pulizija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara l-iskrutinju u l-approvazzjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi, is-Sur Angelo Gafà nħatar uffiċjalment bħala Kummissarju tal-Pulizija.

Din il-ħatra ssegwi sejħa pubblika u sussegwentament proċess ta’ għażla mmexxi mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Din hi l-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta li l-Kummissarju tal-Pulizija nħatar b’din is-sistema ġdida.

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri nnota li din il-bidla kienet waħda pożittiva li kienet rikonoxxuta f’rapport pożittiv tal-Kummissjoni Venezja dwar il-governanza f’pajjiżna. Il-ministru sostna li din il-bidla hi waħda minn sensiela ta’ riformi li se jkunu qed iseħħu fil-Korp tal-Pulizija.

“Din hi waħda mill-bidliet ewlenin li pajjiżna għamel f’dawn l-ewwel xhur tas-sena biex jibgħat messaġġ ċar li l-politiku kien lest jitlaq minn idejh poteri li minn dejjem kienu esklussivament tiegħu,” qal il-Ministru Camilleri.

Ekonomija

Sport