Monday, December 9, 2024

Is-Sur Ian Deguara jieħu l-ġurament ta’ Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza bi pjaċir iħabbar li s-Sur Ian Deguara ħa l-ġurament bħala l-Kummissarju l-ġdid għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.

Il-ħidma tal-Kummissjoni għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data għax-xhur li ġejjin se tkun qiegħda tikkonsisti minn kampanja ta’ għarfien flimkien mat-tnedija ta’ compliance tool.

Il-kampanja ta’ għarfien dwar il-protezzjoni tad-data se tkun qiegħda tixxandar fuq diversi tipi ta’ media fosthom it-televiżjoni, ir-radju u l-media soċjali. Ma’ dan, il-Kummissjoni se toħloq compliance tool li tassisti lill-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs). Permezz ta’ din il-compliance tool, dawn l-intrapriżi ħa jkunu jistgħu jimplimentaw il-GDPR bl-aktar mod sħiħ. Dan kollu għandu jsir pari passu mal-ħidma li diġà twettaq il-Kummissjoni taħt it-tmexxija tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, liema ħidma tikkonsisti mill-implimentazzjoni tar-Regolamenti Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) flimkien mal-fatt li toffri pariri u linji gwida dwar id-dritt fundamentali tal-protezzjoni tad-data.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis feraħ lis-Sur Deguara għall-ħatra tiegħu bħala Kummissarju responsabbli mill-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.Huwa sostna li dan l-irwol huwa importanti fis-soċjetà tagħna. Ferm aktar minn qatt qabel, hemm il-ħtieġa li fil-konservazzjoni u fir-rilaxx tad-data jinżamm kemm id-dritt tal-pubbliku għall-informazzjoni kif ukoll id-dritt tal-privatezza.

Ekonomija

Sport