Is-Surġent Johann Vella kellu ħsara f’arterja fl-għonq li twassal id-demm lejn il-moħħ

Aqra wkoll

Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni dwar il-każ li seħħ fl-24 ta’ Lulju li għadda f’Ta’ Giorni, xehed Dr Chris Giordmaina li qal li s-Surġent Johann Vella kellu ħsara f’arterja fl-għonq li twassal id-demm lejn il-moħħ, kundizzjoni li setgħet twassal għal puplesija u li kienet teħtieġ intervent urġenti.

Dwar dan il-każ tressaq il-Qorti John Agius ta’ 74 sena fej qiegħed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil ta’ uffiċjali tal-Pulizija waqt sparatura fir-razzett tiegħu.

Il-konuslent fid-Dipartiment tal-Emerġenza  Dr Chris Giordmaina xehed li ż-żewġ pulmuni tas-Surġent Vella kienu waqfu jaħdmu, b’toqba fuq in-naħa tal-lemin kawża tat-tir li ntlaqat minnu. Minħabba dan kellhom jiddaħħlu żewġ tubi biex tinħareġ l-arja minn madwar il-pulmuni.

Flimkien ma’ Vella, dakinhar tal-isparatura, weġġa’ wkoll l-uffiċjal Omar Sharif mir-Rapid Intervention Unit (RIU), għalkemm qatt ma kien fil-periklu tal-mewt.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport