Wednesday, April 24, 2024

ISA – Ta’ fuq jirbħu lil ta’ isfel

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda ntlagħbu l-aħħar żewġ logħbiet mill-kampjonat tal-Industries Soccer Association qabel il-festi tal-Milied fejn iż-żewġ timijiet li qed jokkupaw l-ewwel pożizzjoni għelbu liż-żewġ timijiet li jinsabu fil-qiegħ tal-klassifika.

Methode ……10

Forestals …….2

Methode komplew juru l-forma tagħhom meta warrbu għal kollox l-isfida ta’ Forestals bl-iskor ta’ 10-2. Sa mill-bidu huma ddominaw dan il-konfront u ma kienet l-ebda sorpriża li fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Sdrijan Felic u Dean Agius. Iżda Forestals għamlu reazzjoni mmedjata u naqqsu l-marġni tal-iskor minn Dixon Vella. Madankollu, Methode daħlu jistrieħu f’vantaġġ ta’ erba’ goals meta skorjaw tliet darbiet oħra minn Nikola Neskovic, Sdrijan Felic u Jonathan Debono.

Wara l-mistrieħ Methode komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ meta skorjaw ħames goals oħra minn Dean Agius, Nikola Neskovic (2) Luke Mallia u auto-goal sfortunat minn Andrea La Barbera. Lejn it-tmiem, Carmel Fenech skorja goal ta’ konsolazzjoni għal Forestals.

Referee: Jean Pierre Sammut

Lufthansa …. 6

Playmobil……1

Lufthansa għelbu lil Playmobil bl-iskor ta’ 6-1. Iżda għalkemm megħluba, dawn tal-aħħar offrew sfida denja.

Bla dubju, il-protaganista ta’ din il-partita kien Steve Buttigieg, li filwaqt li kien qed jiċċelebra għeluq sninu, huwa skorja ħames goals għal Lufthansa biex, bla dubju, jibqa’ jiftakar din il-prestazzjoni mpekkabbli tiegħu.

Fit-tieni taqsima, Dillon Grech kompla jżid il-vantaġġ għal Lufthansa iżda Joseph Ellul skorja l-goal tal-bandiera għal Playmobil.

Referee: Jean Pierre Sammut

Sport