Sa fl-aħħar, Isco għandu destinazzjoni ġdida. Minn meta temm il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid, fit-30 ta’ Ġunju li għadda, il-midfielder Spanjol ilu jfittex club ieħor biex ikompli l-karriera tiegħu.
Proprju l-Ħadd wara nofs in-nhar, Sevilla ħabbru li laħqu ftehim fil-prinċipju mal-eks player Madrilen.
“Il-player Spanjol diġà wasal fil-belt ta’ Sevilla biex nhar it-Tnejn jagħmel it-testijiet mediċi u jiffirma l-kuntratt tiegħu għal żewġ staġuni,” qalet starrija tal-club.
Għaldaqstant kollox jinsab lest biex dan il-player ta’ 30 sena jingħaqad mal-iskwadra mmexxija mill-coach Lopetegui.