Sunday, September 8, 2024

Isejħu biex nhar it-Tlieta li ġej tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi

Aqra wkoll

L-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex issieħbu mal-Patrijarka ta’ Ġerusalemm, il-Kardinal Pierbattista Pizzaballa, li f’isem l-Ordinarjati tal-Art Imqaddsa għamel appell għat-talb għal dawk kollha li qed ibatu fil-baħar ta’ vjolenza, qerda u mibegħda fl-Art Imqaddsa, li diġà ħalla tant vittmi.

B’mod partikolari, il-Patrijarka ta’ Ġerusalemm għamel sejħa biex nhar it-Tlieta, 17 ta’ Ottubru 2023, tkun ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni.

Għalhekk, l-Isqfijiet ħeġġew lill-parroċċi, komunitajiet reliġjużi, movimenti u gruppi fi ħdan il-Knisja, familji, u lill-Insara kollha f’Malta u Għawdex biex, b’mod speċjali dakinhar, ikunu magħqudin flimkien fit-talb u s-sawm.

Ma’ din l-intenzjoni għaqqdu wkoll it-talb għall-paċi, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni fl-Ukrajna u dawk il-postijiet kollha li bħalissa għaddejjin minn kalvarju u minn ġlied.

Ekonomija

Sport