Friday, December 20, 2024

Isem ir-raġel li miet mgħarraq f’Marsaxlokk se jibqa’ mnaqqax fejn il-baħar li tant kien iħobb 

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-memorja ta’ John Perkins, il-kaptan ta’ jott li miet traġikament waqt maltempata l-Ħamis li għadda se tibqa’ minquxa fuq irħama max-xatt ta’ Marsaxlokk.

Kienu l-ħaddiema fil-power station ta’ Delimara u dawk tal-kumpanija tas-sigurtà li waqqfu dan il-mafkar b’tifkira tal-vittma.

Perkins tilef ħajtu fl-età ta’ 77 sena hekk kif il-jott li kien jgħix fuqu nqata’ mill-irmiġġ u ġarrab ħsarat estensivi wara li beda jitħabbat mal-breakwater b’mewġ kkawżat minn riħ qawwi forza sebgħa.

Fost dawk li sellmu l-memorja tal-anzjan qalu li hu kien raġel ta’ ftit kliem li għalih il-jott kien sar parti minn ħajtu u li kien jinżel biss fuq l-art għal ftit ħin. Minkejja li kien ta’ ftit kliem huwa kien maħbub fost dawk kollha fiż-żona fosthom is-sajjieda tal-post.

Ekonomija

Sport