Ir-Referee tal-FIFA Ishmael Barbara, flimkien mal-Assistant Referees James Muscat u Duncan Spencer, u r-Raba’ Uffiċjal Eman Grech, inħatru biex jidderieġu l-partita mit-Tieni Leg tal-Ewwel Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League 2025/26 bejn Inter Club d’Escaldes (Andorra) u FCSB (Rumanija).
Il-logħba se tintlagħab fl-Estadi FAF f’Encamp, Andorra.
Id-dmirijiet tal-VAR se jkunu sorveljati minn Michael Fabbri, b’Matteo Gariglio bħala AVAR – iż-żewġ uffiċjali jirrapreżentaw lill-Italja.