Monday, May 20, 2024

Isib ruħu f’diffikultà wara li qabeż il-baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ġuvni qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’Manoel Island fil-Gżira.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-ġuvni; Libjan ta’ 16-il sena kien qabeż il-baħar u sab ruħu f’diffikultà.

Minnufih issejħet ambulanza u tim mediku li assistewh sakem seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport