Saturday, December 21, 2024

“Isimgħu minn min jifhem” – Fearne b’appell lejn dawk xettiċi dwar it-tilqim

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt li kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne appella lill-ġenituri biex jieħdu lil uliedhom biex jitlaqqmu.

Fearne qal li sa issa bdew jitlaqqmu dawk l-aktar vulnerabbli, iżda fil-jiem li ġejjin se jibdew jitlaqqmu l-bqija tat-tfal. Huwa appella lill-ġenituri biex iżommu l-appuntamenti tagħhom biex uliedhom ukoll ikunu protetti minn dan il-virus.

“Isimgħu minn min jifhem li f’dan il-każ huma l-ispeċjalisti tat-tfal. Dawn qegħdin jgħidu b’mod kategoriku li l-vaċċin ta’ kontra l-covid-19 għat-tfal bejn il-5 snin u l-11-il sena huwa benefiċjali u allura isimgħu minn min jifhem”, qal f’appell għal dawk il-ġenituri li jinsabu xi ftit xettiċi dwar it-tilqim għat-tfal.

Ekonomija

Sport