Saturday, December 21, 2024

Isiru medja ta’ 95 MRI kuljum fl-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Fl-Isptar ta’ Mater Dei jsiru medja ta’ 95 MRI kuljum u dawn isiru permezz ta’ 3 maġni tal-istess MRI li hemm għad-dispożizzjoni tal-ispeċjalisti.

Ma’ dawn il-Gvern biex dejjem iżid fl-effiċjenza fis-servizz pubbliku jitolbu lis-settur privat biex huma wkoll jagħmlu l-MRIs. Fil-fatt, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament li s-settur privat jagħmel użu minn żewġ maġni tal-MRIs biex titnaqqas il-lista tal-Gvern.

Is-settur privat jagħmel medja ta’ 600 MRI fix-xahar lill-pazjenti li jkunu qegħdin jieħdu l-kura b’xejn mill-istat.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kien qiegħed iwieġeb mistoqsijiet Parlamentari tad-Deputat Ian Vassallo.

Ekonomija

Sport