Sunday, December 29, 2024

Isofri ġrieħi garvi wara li nqaleb bil-mutur fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-1.15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Alfredo Cachia, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, kien tilef il-kontroll tal-vettura LMI YD2000 li kien qed isuq u nqaleb.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport