Tuesday, October 22, 2024

Euro 2024: Merih Demiral sospiż żewġ logħbiet

Aqra wkoll

Id-difensur tat-Turkija, Merih Demiral, ingħata sospensjoni ta’ żewġ partiti wara li għamel tislima ultra-nazzjonalista waqt ir-rebħa ta’ pajjiżu fuq l-Awstrija bl-iskor ta’ 2-1, fl-Aħħar 16.

Demiral (26 sena), skorja ż-żewġ goals tat-Turkija biex għen lit-team tiegħu jikkwalifa għall-kwarti-finali.

Id-difensur ta’ Al-Ahli ċċelebra t-tieni goal tiegħu b’‘salut tal-lupu’, ġest assoċjat mal-grupp estremista tal-lemin estrem Grey Wolves li huwa marbut mal-partit ta’ koalizzjoni fil-gvern tat-Turkija, il-Partit tal-Moviment Nazzjonali.

Demiral qal li s-salut, li huwa pprojbit fl-Awstrija u fi Franza, kien ippjanat minn qabel f’każ li skorja fil-partita tal-aħħar 16.

Għaldaqstant, huwa mhux se jilgħab illum kontra l-Olanda.

Sport