Monday, July 15, 2024

Jude Bellingham jingħata sospensjoni sospiża u mmultat

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv tal-Ingilterra, Jude Bellingha, huwa liberu li jilgħab fil-kwarti finali tal-Euro 2024 tal-lum kontra l-Isvizzera wara li ngħata sospensjoni ta’ partita sospiża għal sena u multa għal ġest li għamel fir-rebħa tal-Aħħar 16 kontra s-Slovakkja.

Din is-sospensjoni tal-player ta’ 21 sena hija sospiża għal sena kif ukoll ġie mmultat ukoll €30,000.

Dan wara li nstab ħati għal ġest li għamel meta qabad il-parti privata tiegħu wara li kiseb id-draw fir-rebħa ta’ 2-1 fuq is-Slovakkja.  Peró, huwa ċaħad li l-ġest kien immirat lejn l-avversarji tal-Ingilterra.

Waqt li wieġeb għall-inċident fuq il-midja soċjali, Bel­lingham qal li kien “ġest ta’ ċajta lejn ħbieb qrib li kienu fil-logħba”, u żied li ma kellu “xejn ħlief rispett għal kif lagħbet is-Slovakkja”.

Intant, l-FA Inglia  ġiet immultata €11,000 għal kwistjonijiet ta’ folla li kienu jinvolvu partitarji Ingliżi. Inħarġet multa ta’ €10,000 għal tfixkil tal-folla, u €1,000 ewro għal ħruq ta’ logħob tan-nar.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport