Monday, July 15, 2024

“Ix-xogħol tagħna hu urġenti u se jibda issa stess”

- Il-Prim Ministru l-ġdid Keir Starmer fl-ewwel indirizz tiegħu lin-nazzjon

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru l-ġdid Keir Starmer fl-ewwel indirizz tiegħu lin-nazzjon Ingliż qal li “pajjiżna vvota għal bida”. Qal li kien għadu kemm aċċetta stedina tar-Re Karlu biex jifforma Gvern ġdid.

Fil-bidu tad-diskors tiegħu sellem lill-eks Prim Ministru Rishi Sunak. Hu rikonoxxa x-xogħol kbir li wettaq Sunak għal ġid tal-pajjiż.

Sostna li l-poplu kellu nuqqas ta’ fiduċja fil-politiċi, u din il-fiduċja tista’ tiġi lura biss bl-azzjonijiet u mhux bil-kliem biss. “Nistgħu nibdew dan mil-lum stess. Nassiguraw liċ-ċittadini kollha li l-Gvern se jkun qiegħed jitratta lil kull persuna bl-istess mod, bir-rispett,” tenna Starmer fl-ewwel diskors lin-nazzjon.

Stqarr li biex tbiddel pajjiż mhux xi ħaġa mil-lum għal għada. “Se tieħu ftit taż-żmien… imma din il-bida se tibda b’mod immedjat.” Il-Prim Ministru tkellem dwar il-ħolqien tal-ġid kif ukoll is-servizz tas-saħħa jerġa’ jkun wieħed tal-ogħla livelli. Qal li prijorità oħra se tkun is-sigurtà fil-fruntieri.

Qal li se jkun qiegħed jibni lill-pajjiż mill-ġdid ġebla fuq ġebla biex fil-pajjiż ikun hemm “infrastruttura ta’ opportunitajiet.” Tkellem dwar il-bżonn ta’ aktar skejjel u djar li jkunu jistgħu jinxtraw mill-klassi tal-ħaddiema. Il-Prim Ministru qal li se jkun qiegħed jaħdem bis-sħiħ biex il-familji tal-klassi tal-ħaddiema jkollhom iċ-ċans li jibnu ħajjithom b’mod dinjituż.

Quddiem ir-residenza uffiċjali tiegħu 10 Downing, il-Prim Ministru Ingliż qal li se jkun qiegħed jiġġieled biex kulħadd jemmen x’jista’ jwettaq dan il-Gvern. Qal li jekk wieħed jistaqsi liċ-ċittadini Ingliżi jekk jemmnunx li pajjiżhom se jkun aħjar għal uliedhom, ħafna jwieġbu li le. “Aħna l-Gvern se nkunu qegħdin nikkonvinċu lil kulħadd biex jibda jemmen li pajjiżna se jkollu futur sabiħ għal uliedna.”

Hu temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil kulħadd u qal li “x-xogħol tagħna hu urġenti u se jibda issa stess”.

Ara wkoll: Keir Starmer il-PM il-ġdid Ingliż

“Smajt ir-rabja tal-poplu u nerfa’ r-responsabbiltà kollha”

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport