Friday, July 19, 2024

Keir Starmer il-PM il-ġdid Ingliż

Aqra wkoll

Keir Starmer għadu kemm spiċċa l-laqgħa mar-Re Karlu fejn ġie mitlub biex jifforma Gvern ġdid. Hu ngħata l-ħatra ta’ Prim Ministru l-ġdid bid-doveri kollha li ġġib din il-kariga.

Il-laqgħa mar-Re tibqa’ waħda kunfidenzjali u l-midja ma tkunx mistiedna.

Minn hemm, issa Starmer se jmur lejn ir-residenza uffiċjali tiegħu fejn mistenni jindirizza lin-Nazzjon għal ewwel darba bħala Prim Ministru

Min hu Keir Starmer?

Keir Starmer għandu 61 sena u studja fl-Univeristà ta’ Leeds u anke fl-Università ta’ Oxford fejn studja l-liġi. Miżżewwġ lil Victoria Alexander li taħdem bħala occupational therapist u flimkien għandhom tifel u tifla.

Il-Prim Ministru l-ġdid jiddiskrivi lilu nnifsu bħala raġel li ġej mill-klassi tal-ħaddiema. Missieru kien jaħdem bħala ‘toolmaker’ filwaqt li ommu kienet infermiera. Ommu kienet tbati minn kundizzjoni li ma ħallitix titkellem u timxi aktar.

Fl-1987 hu speċjaliżża fil-liġi tad-drittijiettal-bniedem fejn ħadem anke fil-Karibew u anke fl-Afrika fejn hemm iddefenda priġunieri li kienu se jingħataw il-piena tal-mewt.

L-Elezzjoni Ġenerali tal-Ħamis li għadda

Intant, biex nagħtu ħarsa lejn dak li seħħ fl-aħħar sigħat fir-Renju Unit, il-Partit Laburista mmexxi minn Keir Starmer rebaħ l-elezzjoni ġenerali bl-akbar maġġoranza.

Il-Partit Laburista kien ilu fl-Oppożizzjoni għal dawn l-aħħar 14-il sena u kien għadu qatt ma rebaħ elezzjoni ġenerali mill-oppożizzjoni f’dawn l-aħħar 27 sena. Minkejja hi dawk li wettaq Starmer qed jitqies bħala “storja” xorta waħda ma sar l-aktar mexxej Laburista li wettaq l-akbar rebħa.

Fil-fat kien Tony Blair li fl-elezzjoni ġenerali tal-1997 kien għamel l-akbar rebħa għall-Partit Laburista fejn kien kiseb tmien siġġijiet biss aktar minn Starmer. Dakinhar il-Partit Laburista għeleb lill-Partit Konservattiv ta’ John Major, li kien fil-Gvern.

Intant, din l-elezzjoni rat politiċi kbar u anke eks mexxejja li jitilfu posthom fil-parlament. Fosthom kien hemm l-eks Prim Ministru Liz Truss li tilfet postha. Hi tilfet postha b’630 vot fid-distrett ta’ South West Norfolk fejn hemm il-Partit Laburista ġab 24,180 vot maġġoranza.

Penny Mordaunt li kien il-Commons leader kif ukoll kien qed jisemma li jista’ jkun il-mexxej konservattiv fil-futur tilef postu wkoll. L-eks Ministru Sir Jacob Rees-Mogg lanqas ġie elett.

Min-naħa tiegħu Nigel Farage li mexxa b’mod aggressiv ħafna biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Ingliż. Il-partit tiegħu – Reform UK – akkwista aktar minn 4 miljun vot. Il-partit se jkun it-tieni l-akbar partit fil-Parlament Ingliż.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport