Rġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:30 a.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Ifran fin-Naxxar.
Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li raġel mill-Ghana ta’ 37 sena u residenti Raħal Ġdid kien weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura medika.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.