Wednesday, May 15, 2024

Isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ 32 sena residenti Ħal Luqa sofra ġrieħi gravi wara ħabta li seħħet ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.00pm, fi Triq Sir Temi Żammit, l-Imġarr.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li s-sewwieq tilef il-kontroll tat-Toyota Vitz, bil-konsegwenza li l-karozza marret fuq il-karreġġjata opposta fejn ħabat f’ħajt u ma’ Citroen C4 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Mellieħa.

Is-sewwieq tat-Toyota ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. Is-sewwieq tas-Citroen ma weġġax.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport