Monday, May 13, 2024

Pospost l-ispettaklu tal-Festival Internazzjonali tan-Nar

Aqra wkoll

L-ispettaklu skedat fil-Port il-Kbir, li għandu jimmarka l-għoxrin anniversarju mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, flimkien mal-ispettaklu pirotekniku fl-istess port, li jġib fi tmiemu l-Festival Internazzjonali tan-Nar, mhux se jsir it-Tlieta, 30 ta’ April 2024, iżda minflok huwa skedat għal nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Mejju 2024, mid-9pm ’il quddiem. Dan minħabba r-riħ qawwi previst għal-lum u għada.

L-ispettaklu, li se jfakkar għoxrin sena mindu Malta saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jinkludi rappreżentazzjoni piroteknika flimkien ma’ spettaklu kkulurit fl-ajru u wirja mill-isbaħ mit-talent lokali. Il-Festival Internazzjonali tan-Nar ukoll jinvolvi tħejjijiet kbar fil-Port il-Kbir u dak imħejji ma kienx jippermetti li dan jittella’ għada minħabba raġunijiet ta’ sigurtà marbuta mal-preparamenti li kien jeħtieġ isiru f’dawn is-sigħat.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ li jattendi nhar il-Ġimgħa, li ġej fejn jista’ jsegwi mingħajr ħlas dan l-ispettaklu mħejji minn inħawi fil-Port il-Kbir, b’mod speċjali n-naħa ta’ Liesse, il-Belt Valletta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport