Raġel ta’ 24 sena residenti ż-Żejtun, ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’fabbrika fil-qasam indsutrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 p.m.
Jirriżulta li r-raġel kien sofra xi ġrieħi waqt li kien qed jopera xi makkinarju ġewwa l-fabbrika.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.