Wednesday, May 15, 2024

Il-Gvern jirdoppja x-xiri ta’ vaċċini tal-influwenza

Aqra wkoll

Il-Viċi Prim Ministru, Chris Fearne meta għalaq id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Mediċini, sostna li sakemm il-vaċċin isir disponibbli, il-pandemija madwar id-dinja se tkompli għaddejja. Fearne tenna li f’Malta rnexxielha żżomm in-numri baxxi. 

“Biss iva, sakemm jibda jingħata l-vaċċin, il-COVID-19 se tibqa’ realtà. L-aħjar possibilità li qed naraw hi li l-vaċċin ikun disponibbli matul is-sena li ġejja. Ma ridniex li għax pajjiż żgħir nibqgħu lura u ħdimna biex il-vaċċin jinxtara bħala Unjoni Ewropea. Kien hemm titubar u kien hemm erba’ pajjiżi, l-Olanda, il-Ġermanja, Franza u l-Italja li għamlu ftehim huma ma’ kumpanija partikolari. Ingħaqadna magħhom u issa hemm proċess li bih l-Unjoni Ewropea qed tinnegozja għal vaċċin ma’ għadd ta’ kumpaniji li possibilment se jkunu f’pożizzjoni li joħolqu l-vaċċin”. 

Żied jgħid li “hawn xjenzati li qed isemmgħu l-biża’ li l-COVID-19 tkun għadha għaddejja sax-xitwa u allura jista’ jkun hemm mewġa oħra fix-xitwa. Fejn is-soltu nixtru madwar 100,000 vaċċin tal-influwenza, din is-sena diġa ordnajna 200,000 vaċċin.” 

Intant huwa saħaq li l-Gvern se jkun qed joħroġ skema għas-settur privat biex ikun hemm riserva ta’ sodod żejda tal-ITU. Semma li l-Gvern għandu diversi proġetti ippjanati fosthom Remote Patient Monitoring, fejn il-pazjent jingħata parir dwar saħħtu mid-dar.

Sport