Friday, December 27, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li taqa’ folja tal-ħadid fuq siequ

Aqra wkoll

Raġel ta’ 38 sena mill-Georgia sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed jagħmel xogħlijiet f’maħżen fil-Marsa. L-inċident seħħ fi Triq ix-Xatt il-Mollijiet għall-ħabta tat-3.00 p.m.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li waqt li r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol, għal xi raġuni folja tal-ħadid waqgħet fuq siequ u sifra xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport