Saturday, December 21, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli f’Ta Qali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel sofra minn ġrieħi wara li għall-ħabta tad-9:15 a.m kien involut f’inċident li seħħ fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konvenzjonijiet ta’ Malta f’Ta’ Qali.

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel ta’ 52 sena residenti l-Fgura kien weġġa’ wara li waqa’ minn fuq container waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport