Tuesday, December 24, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar kien invlut f’inċident li seħħ fi Triq Rodolfu f’Tas-Sliema.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 42 sena u residenti l-Imqabba, kien qiegħed jaħdem f’binja fl-imsemmija triq meta waqa’ minn fuq sellum, madwar sular għoli. 

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport