Sunday, December 22, 2024

Isofri ġrieħi serji f’allegat argument f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta ta’ 11:45 p.m sab ruħu f’diffikultà fi Triq Ġulju f’San Pawl il-Baħar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel – Ukren ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar – kien allegatament involut f’argument u ndarab wara li waqa’. Mal-wasla tagħhom fuq il-post il-pulizija sabu lir-raġel mitluf minn sensih.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel għal aktar attenzjoni medika fl-Isptar Mater Dei.

Dwar dan il-każ il-Pulizija qiegħda tkellem żagħżugħ ta’ 20 sena residenti fl-istess lokalità.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace qiegħda tmexxi inkjesta, filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport